AVVIŻI – PARISH NOTICES 10 – 11 ta’ Ottubru 2026

  • Crafts Club:  Se jerġa’ jibda l-Crafts Club minn nhar it-Tlieta 13 t’Ottubru u kull nhar ta’ Tlieta mid-9.30am.  Kull min hu interessat jista’ jidħol room 1.
  • Festa ta’ Beata Alexandrina:  Nhar it-Tlieta 13 t’Ottubru se niċċelebraw l-festa ta’ Beata Alexandrina. Fis-7pm jkollna l-quddiesa organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.
  • Griżma: Nhar l-Erbgħa 14 t’Ottubru ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini tal-Griżma 2026 fis-7.30 fis-sala tal-konferenzi.
  • Preżentazzjoni tat-tfal tal-Griżma: Nhar il-Ħadd 18 t’Ottubru waqt il-quddiesa tad-9.30am li tkun immirata għall-familji se jiġu ppreżentati dawk it-tfal li se jagħmlu l-Griżma fl-aħħar tax-xahar. Tajjeb li nżommuhom fit-talb tagħna.
  • Ġurnata Missjunarja: Il-ġbir kollu li se jsir matul il-quddies tal-weekend li ġej se jmur għall-Missjoni fl-okkazjoni ta’ Jum il-Missjoni. Nixtiequ nuru apprezzament lejn tant missjunarji li tul is-snin marru fl-artijiet tal-missjoni.  Il-ħidma li ssir mill-missjunarji tinkludi bini u manutenzjoni ta’ knejjes u skejjel, jikkuraw pazjenti, jilqgħu familji abbandunati fid-djar għalihom, jipprovdu bżonnijiet essenzjali għal ħajja aktar dinjituża, jagħtu formazzjoni lill-katekisti, seminaristi u studenti reliġjużi li jwasslu l-aħbar tajba. Ejjew inwieġbu bil-qalb għall-appell tal-Missio li tagħmel tant ġid fost ħutna l-missjunarji madwar id-dinja kollha.
  • Seminars:  Bħas-sena li għaddiet, ser jerġgħu isiru seminars, attivitajiet soċjali, irtiri  l-eżerċizzi spiritwali għall-persuni separati kif ukoll seminars speċifikament għall-facilitators mal-PFI. F’dan ix-xahar ser nibdew l-ewwel seminar fuq Opportunitajiet ta’ Volontarjat f’Malta nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru fil-Kurja, il-Floriana bejn id-9am u s-1pm, u l-link biex tapplikaw jinstab hawnhekk: https://parrocci.knisja.mt/forms/seminar-ghall-persuni-separati/ .  Link jinsab fuq il-FB page tagħna u n-noticeboard.
  • Seminar dwar is-sahha mentali: Kif nafu lkoll, is-saħħa mentali hija sfida li qed niffaċċjaw fi żmienna. Ilkoll għandna membri tal-familja jew ħbieb li jbatu minn dawn l-isfidi.  Il-Kunsill Pastorali Parrokjali se jorganizza seminar dwar is-Saħħa Mentali nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ottubru fis-7.30pm fis-sala tal-konferenzi. Aħna lkoll mistiedna nattendu sabiex insiru aktar konxji dwar dawn is-sitwazzjonijiet u kif nistgħu nkunu ta’ għajnuna għalina nfusna u għal ħaddieħor.  L-intenzjoni tal-Papa għax-xahar ta’ Ottubru inzertat li nitolbu sabiex jiġi stabbilit ministeru għas-saħħa mentali fil-Knisja kollha, biex jgħin jingħeleb l-istigma u d-diskriminazzjoni kontra persuni b’mard mentali.
  • Ringrazzjament: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret matul il-weekend li għadda li laħqet is-somma ta’ €1,525.
  • Crafts Club: The Crafts Club will resume on Tuesday 13th October and will take place every Tuesday from 9.30am. Anyone interested can join in Room 1.
  • Feast of Blessed Alexandrina: On Tuesday 13th October we will celebrate the feast of Blessed Alexandrina. Mass will be celebrated at 7pm and will be organised by the Divine Mercy Apostolate.
  • Confirmation: A meeting will be held for the parents and godparents of the 2026 Confirmation candidates on Wednesday 14th October at 7.30pm in the conference hall.
  • Presentation of the Confirmation Candidates: the children who will be receiving Confirmation at the end of the month will be presented on Sunday 18th October, during the 9.30am Mass, which is aimed at families.
  • Mission Sunday: All the collections taken during next weekend’s Masses will go towards the Missions on the occasion of Mission Sunday. We would like to show our appreciation for the many missionaries who, over the years, have gone to mission lands. The work carried out by missionaries includes building and maintaining churches and schools, caring for patients, welcoming abandoned families into homes provided for them, providing essential needs for a more dignified life, and providing formation for catechists, seminarians and religious students who proclaim the Good News. Let us respond generously to the appeal of Missio, which does so much good among our missionary brothers and sisters throughout the world.
  • Seminars: As in previous years, there will once again be seminars and social activities for separated persons, retreats and spiritual exercises, as well as seminars for facilitators in collaboration with PFI.  This month we will begin with the first seminar on Volunteering Opportunities in Malta, which will be held on Saturday 24th October at the Curia, Floriana, from 9am to 1pm. The link to apply can be found here: https://parrocci.knisja.mt/forms/seminar-ghall-persuni-separati/ . The link is also available on our Facebook page and noticeboard.
  • Seminar on mental health: As we are aware, mental health is a challenge we are facing nowadays. We all have members of our family or friends who suffer from these challenges. The Parish Pastoral Council will be organising a seminar on Mental Health on Wednesday 28th October at 7.30pm at the conference hall. We are all invited to attend in order to become more aware of these issues and how we can be of help to ourselves and others. Coinicidentally, the Pope’s intention for the month of October is to pray that a mental health ministry be established throughout the Church to help overcome the stigma and discrimination of persons with mental illnesses.   
  • Appreciation:  We thank you for last week’s collection in aid of the parish that amounted to €1,525.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading