- Grupp Padre Pio: Il-laqgħa li jmiss issir nhar it-Tnejn 5 t’Ottubru fl-4.30pm fil-kappella tal-Kunċizzjoni.
- Festa ta’ Santa Fawstina: Nhar it-Tnejn 5 t’Ottubru se niċċelebraw l-festa ta’ Santa Fawstina. Fis-5.45pm issir adorazzjoni u fis-7pm jkollna l-quddiesa.
- Griżma: Nhar l-Erbgħa 7 t’Ottubru ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini tal-Griżma 2026 fis-7.30 fis-sala tal-konferenzi.
- Vokazzjonijiet: Nhar is-Sibt 10 t’Ottubru fis-6pm u kull tieni Sibt tax-xahar qed issir il-Quddiesa u adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet fil-kappella tas-seminarju. Wara jkun hemm ħin ta’ komunjoni. Min ikun jixtieq iktar inforrmazzjoni jista’ jżur l-Facebook page taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet jew iċempel is-seminarju. Tajjeb li nagħrfu l-bżonn li nitolbu lill-Mulej biex jibgħat aktar ħaddiema fil-għalqa tiegħu.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd 11 t’Ottubru jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija waqt il-quddiesa tal-11.00am.
- Ġabra Art Mqaddsa: F’isem il-Patrijiet Franġiskani li jieħdu ħsieb it-tempji u l-Insara fl-Art Mqaddsa niringrazzjawkom tal-ġabra li saret nhar il-Ħadd 20 ta’ Settembru li laħqet is-somma ta’ €1,575.
- Car Park: Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew għal-laqgħa ta’ konsultazzjoni għal dawk li joqogħdu fil-qrib li saret nhar it-Tlieta li għadda, fejn b’mod pożittiv iddiskutejna flimkien din is-sitwazzjoni. Aktar dettalji jingħataw aktar ’il quddiem. Dawk kollha li għandhom xi diffikultà huma mistiedna jkellmu lill-Kappillan.
- Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Settembru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Karmena Camilleri, Emmanuel Sammut, Doris Mallia, Dorothy Debattista u John Lowell. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Padre Pio Group: The next meeting will be held on Monday 5th October at 4:30pm in the Immaculate Conception Chapel.
- Feast of St Faustina: On Monday 5th October, we will celebrate the feast of St Faustina. Adoration will take place at 5:45pm, followed by Mass at 7:00pm.
- Confirmation: On Wednesday 7th October, a meeting will be held for the parents and sponsors of those receiving Confirmation this year at 7:30pm in the conference hall.
- Vocations: On Saturday 10th October at 6:00pm, and every second Saturday of the month, Mass and Adoration with special prayers for vocations will be held in the Seminary Chapel. This will be followed by a time of fellowship. Anyone wishing for more information may visit the Vocations Centre’s Facebook page or contact the seminary. It is important for us to recognise the need to pray to the Lord to send more labourers into His harvest.
- Baptism: On Sunday 11th October, the Sacrament of Baptism will be celebrated during the 11:00am Mass.
- Holy Land Collection: On behalf of the Franciscan Friars who care for the shrines and Christians in the Holy Land, we thank you for the collection held on Sunday 20th September, which reached the sum of €1,575.
- Car Park: We would like to thank everyone who attended the consultation meeting for local residents held last Tuesday, where we discussed this situation together in a positive manner. Further details will be given at a later stage. Anyone experiencing any difficulties is invited to speak to the Parish Priest.
- Prayers for the deceased: During the month of September Karmena Camilleri, Emmanuel Sammut, Doris Mallia, Dorothy Debattista and John Lowell passed into eternal life. Eternal rest give unto them, oh Lord…..

