AVVIŻI – PARISH NOTICES 31 t’Ottubru – 1 ta’ Novembru 2026

  • Għid tal-imwiet: Filwaqt li illum qed niċċelebraw is-sollenita tal-Qaddisin kollha, għada it-Tnejn 2 ta’ Novembru niċċelebraw l-Għid tal-Imwiet.  Tajjeb li niftakru fil-mejtin tagħna fil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ xogħol.
  • Grupp ta’ talb ta’ Padre Pio: Nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru jkollna il-laqgħa tal-grupp Padre Pio fil-knisja tal-Kunċizzjoni fl-4.30pm.
  • Aġenzija għall-Appoġġ lill-Vittmi: L-Aġenzija għall-Appoġġ lill-Vittmi (VSA) hija l-entità nazzjonali mwaqqfa biex tipprovdi appoġġ komprensiv u mingħajr ħlas lil persuni milquta minn reat. Se jsiru żewġ taħditiet fis-Sala tal-Konferenzi bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar dan is-suġġett u tingħata l-opportunità lil dawk preżenti biex jistaqsu mistoqsijiet relatati miegħu. Dawn se jsiru l-Erbgħa 4 ta’ Novembru fl-10am u l-Erbgħa 11 ta’ Novembru fis-6:30pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
  • L-ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru fis-6.30pm ikun hawn quddiesa speċjali għal dawk kollha li mietu din is-sena fil-parroċċa tagħna matul dawn it-tnax il-xahar. Wara jkun hawn adorazzjoni.
  • Bookings għall-intenzjonijiet fil-quddies fl-2027: L-uffiċċju parrokkjali se jilqa’ l-bookings f’dawn il-ġranet li se nsemmi: nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru bejn il-4.30pm u s-6.00pm u nhar l-Erbgħa 4 ta’ Novembru mill-11am san-12.30pm.  Min irid jista’ jħalli l-lista tal-ismijiet u numru tal-mobajlflimkien mad-donazzjoni.  Dawk li jiġu l-uffiċċju jieħdu preċedenza fuq il-listi mibgħutin. Bookings bit-telefon, emails jew messaġġi mhux sa jiġu aċċettati.
  • Pilates: Min din il-ġimgħa jerġgħu jibdew il-klassijiet b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali fis-Sala tal-Konferenzi nhar ta’ Tnejn fid-9.00am u nhar ta’ Ħamis fis-6.00pm.  Kull min hu interessat għandu jċempel lill-Kunsill Lokali.
  • Ġabra għall-Missjoni:  Il-ġabra li saret għall-Missjoni kienet ta’ €2,950.  Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Ottubru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Anthony Sammut, Paolina Cauchi, Hilda Scicluna, Anton Bonnici, Maria Azzopardi u Anthony Mifsud.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • All Souls’ Day: While today we are celebrating the Solemnity of All Saints, tomorrow, Monday 2nd November, we celebrate All Souls’ Day. It is good to remember our deceased loved ones with a Mass. Mass times will be the same as on weekdays.
  • Padre Pio Prayer Group: On Monday 2nd November, there will be a meeting of the Padre Pio Prayer Group at the Church of the Immaculate Conception at 4:30 pm.
  • Victim Support Agency:  The Victim Support Agency (VSA) is the national entity established to provide free, comprehensive support to individuals affected by crime.  Two talks will be held at the Conference Hall to raise awareness and provide an opportunity for attendees to ask questions related to the topic on Wednesday 4th November at 10:00 am and Wednesday 11th November at 6:30 pm.   Everyone is welcome to attend.
  • First Friday of the Month: On Friday 6th November at 6:30pm, a special Mass will be celebrated for all those who have died in our parish during the past twelve months. This will be followed by a Eucharistic Adoration.
  • Prayers for Our Deceased Loved Ones:  I remind you that the flyers for submitting the names of our deceased loved ones for prayer are available near the church doors. The names will be placed on the altar, and special prayers as well as during the two shared Masses on Sunday will be offered for them throughout November.
  • Pilates: Pilates classes will resume this week in collaboration with the Local Council. Classes will be held in the Conference Hall on Mondays at 9:00am and Thursdays at 6:00pm.  Anyone interested should contact the Local Council.
  • Collection for the Missions: The collection for the Missions amounted to €2,950. Thank you very much for your generosity.
  • Prayers for the deceased of the Parish: During the month of October, the following parishioners passed on to eternal life: Anthony Sammut, Paolina Cauchi, Hilda Scicluna, Anton Bonnici, Maria Azzopardi and Anthony Mifsud. Eternal rest grant unto them, oh Lord…

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading