Kien propju 13 ta’ Frar 2017, wara snin ta’ diskussjonijiet, laqgħat, qtigħ il-qalb u permessi, beda’ x-xogħol ta’ twaqqiegħ taz-zuntier tal-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan biex jibda’ jinbena ċ-ċentru parrokkjali. Ħolma li kienet ilha pendenti żmien twil imma li l-kappillan Dun Claude Portelli ried li titwettaq akkost ta’ kollox. Sagrifiċċji kbar li llum taw il-frott tagħhom. Iċ-ċentru jkopri sala kbira armata bl-aħħar teknoloġija u kċina professjonali, kmamar ta’daqsijiet varji għal-laqgħat, terrazzin u stores.
Jekk inti interessat jew taf lil xi ħadd, li jixtieq jikri s-sala għall xi riċeviment, konferenzi, laqgħat fi gruppi kbar jew inkella jixtieq jikri xi kamra oħra għal-laqgħat, korsijiet, workshops jew bordijiet, huwa mitlub jikkuntattja l-amministrazzjoni taċ-ċentru billi jimla’d-dettalji hawn taħt:
After many years of discussion, meetings and permit applications, it was on the 13th February 2017 that work finally commenced on the parvis of the St. Julians Parish Church. The parvis was partly demolished so that a new Parish Centre could be built in its stead. This was a long held dream of Parish Priest Fr. Claude Portelli, who was determined that he would see the new Centre being built during his years in St. Julians. Sacrifices were made, but this dream did come true. The centre houses a large hall which is equipped with the latest technology, a professional kitchen, rooms of varying sizes which may be used for meetings, and also a terrace and stores.
If you, or anyone you know, are interested in hiring the hall for a conference, meetings for large groups, special occasions and other events, or wish to hire the other rooms for meetings, workshops, board meetings or to organize courses, you are advised to contact the Centre’s administrator by filling in the form below: