Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu

Din il-kummissjoni għandha l-għan li flimkien mal-kappillan tara li dak li jipproponi s-Sinodu Djoċesan isir fil-prattika fl-aspetti kollha tal-ħajja tal-parroċċa. Hija din il-kummissjoni li flimkien mal-kappillan wara li tisma’ l-parir tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, u wkoll tikkonsulta ruħha mal-kummissjonijiet l-oħra, tfassal il-Pjan Pastorali tal-parroċċa li jiġi approvat fl-Assemblea Parrokkjali. L-istess kummissjon tieħu ħsieb ukoll li torganizza l-andament ta’ l-Assemblea Parrokkjali fl-aspetti kollha tagħha.

Ikkummenta