Dun Joshua Cortis – Viċi Kappillan

Dun Joshua Cortis twieled fit-23 ta’ Diċembru 1987.  Huwa l-kbir fost żewġ aħwa subien.  Attenda l-iskola primarja l-Ħamrun, imbagħad l-iskola sekondarja fis-seminarju r-Rabat.  Wara li temm l-iskola sekondarja għamel sentejn il-Junior College, u wara daħal l-universita’ fejn gradwa b’Baċellerat fil-Kimika u l-Bioloġija. Għamel żmien jaħdem fil-laboratorju ta’ kumpanija privata, u qatta’ erba’ snin jaħdem fil-laboratorji tal-Universita’ ta’ Malta.

Daħal is-seminarju ftit wara li għalaq sitta u għoxrin sena. Bħala seminarist huwa kellu esperjenzi fil-parroċċi ta’ Ħal Għaxaq, Birżebbuġa u Santa Marija, Birkirkara, kif ukoll fil-parroċċa ta’ El Salvador, fiċ-Ċilì, fl-Amerka t’Isfel. Bħala djaknu serva fil-parroċċa ta’ San Ġiljan. Ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Charles J Scicluna fit-8 ta’Mejju 2021.

Wara li ġie ordnat saċerdot, Fr Joshua baqa’ jservi San Ġiljan fejn qed jassisti lill-kappillan.

 

*************************

 

Fr Joshua Cortis was born on the 23rd December 1987. He is the elder of two brothers. Fr Joshua received his education at the primary school in Ħamrun and at the Seminary in Rabat. He then spent two years at Junior College, following which he entered the University of Malta, from where he graduated with a Bachelor of Science in Biology and Chemistry. Fr Joshua then spent some time working in the laboratory of a private company. He also worked in the laboratories of the University of Malta for four years.

Soon after celebrating his 26th birthday Fr Joshua entered the Archbishop’s Seminary. As a seminarian he gained experiences in the parishes of Ħal Għaxaq, Birżebbuġa and Santa Marija in Birkirkara. He also gained experience in the parish of El Salvador in Chile, in South America. As a deacon Fr Joshua served in St Julian’s Parish. On the 8th May 2021 Fr Joshua was ordained a priest by Archbishop Charles J Scicluna.

After being ordained, Fr Joshua continued his work in St Julian’s and is assisting the parish priest.