Il-Grupp Żwieġ u Familja (GŻF) ta’ San Ġiljan hija għaqda voluntarja li l-bidu tagħha jmur lura għal 1998 meta Father Tony Agius, dak iż-żmien kappillan tal- parroċċa, avviċina xi koppji miżżewġin sabiex jibdew jitħarġu ħalli jkunu jistgħu jmexxu l-korsijiet ta’ Kana għall- għarajjes fi gruppi żgħar. Wara l-ħatra ta’ Father Martin Cardona bħala Kappillan ġdid fil-parroċċa, huwa wera x-xewqa li dan il-grupp ta’ miżżewġin jidħol għall-ħidmiet oħra fil-parroċċa. Minn dak iż-żmien sal-lum il-GŻF baqgħet attiva fil-ħidma tagħha anke taħt it-tmexxija tal-kappillan Fr Ray Toledo u l-kappillan preżenti Fr Claude Portelli.
Attivitajiet:
- Korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ bil-Malti u bl-Ingliż fuq linji tal-Moviment ta’ Kana.
- Tħejjija għaż-żwieġ one-to-one f’ każi speċjali.
- Laqgħat regolari għal preparazzjoni mill-qrib għaż-żwieġ.
- Laqgħat mal-ġenituri li jkunu se jgħammdu lill-uliedhom.
- Animazzjoni Quddies tal-Magħmudija.
- Animazzjoni u organizzazzjoni tal-Quddiesa tal-Familja Mqaddsa.
- Animazzjoni u organizzazzjoni tal-Quddiesa tal-Familji u Emigranti fit-tridu tal-festa.
- Animazzjoni u organizzazzjoni tal-Quddiesa ta’ Jum Internazzjonali tal- Familja fil- 15 ta’ Mejju ta’ kull sena.
- Organizzazzjoni tal- quddiesa tal-anniversarju taż-żwieġ kull xahar.
- Żjara lill-familji ġodda li jkunu ġew joqgħodu fil-parroċċa.
Ta’ min jgħid li din l-aħħar attivita hija sospiża minħabba nuqqas ta’ risorsi umani. Għalhekk dawk il- miżżewġin li jitħajjru li jagħmlu parti minn dan il-grupp u wara ftit taħriġ ikunu ta’ servizz lejn l-oħrajn fil- parroċċa huma mitluba jkellmu lil kappillan.
Contact persons: Carm u Michelle Fenech
c/o Uffiċju Parrokjali
Parroċċa San Ġiljan.
Tel.no. 21 380270