Il-K.P.P huwa kunsill konsultattiv, imwaqqaf fi ħdan il-parroċċa li bih titfisser u titħaddem il-korresponsabbiltà fil-komunità parrokkjali. Il-K.P.P flimkien mal-Kappillan huwa responsabbli għall-istudju, programazzjoni, esekuzzjoni u evalwazzjoni tal-ħidma pastorali tal-parroċċa.